Hekk kif inħatar kumitat ġdid fl-20 ta’ Novembru 2006, l-ewwel deċiżjoni li ttieħdet kienet proprju dik li għandna niffukaw l-ħidma tagħna fuq proġett li għandu jibqa tifkira tas-sena anniversarju tal-2010 li matulha kkommemorajna l-1950 Anniversarju mill-miġja ta’ San Pawl fostna.
Dan il-proġett kellu jirrigwardja xi ħaġa relatata mal-festi esterni u nħasset il-ħtieġa li jkun proġett li jibqa jitgawda fil-futur u li fl-istess ħin ikun konformi mat-tradizzjonijiet li għaddewlna missirijietna. Għaldaqstant ġie deċiż li kellha ssir opra ġdida fl-armar tat-toroq tagħna. Il-ħsieb mill-ewwel mar fuq l-armar tal-pjazza. Il-Pjazza tal-Parroċċa tkabbret fis-snin sittin u għalhekk l-armar li wieħed jara fi żmien il-festi huwa armar li kien jintrama f’toroq oħrajn u li ġie riallokat fil-pjazza mat-tkabbir tagħha.
Fil-fatt il-proġett li ġie magħzul huwa dak li jsiru sett ta’ sitt trofej li jintramaw minflok dawk eżistenti li kienu oriġinarjament parti min sett ta’ trofej għal Triq il-Kbira. U kien hawnhekk li l-kummissjoni għaddiet għall-għażla tad-disinn u ta’ fejn kellu jsir ix-xogħol. Id-disinn li ntagħżel kien dak ta’ Alfredo Mangion miż-Żurrieq li pproduċa disinn li fih elementi li jaqblu mal-armar li jintrama fil-pjazza,b’mod partikulari l-pilandri antiki li qed jiġu restawrati bħalissa.
Ix-xogħol ta’ mastrudaxxa sar għand Queen’s Furniture u ntgħażel l-injam li ntuża għall-bażijiet tat-trofej. L-injam li ntgħażel huwa l-aħjar wieħed tax-xorta tiegħu sabiex filwaqt li jkun jista jinħadem sewwa, xorta waħda jkun jiflaħ kemm jista jkun għall-elementi kollha biex issirlu ħsara mill-inqas.
Dan il-proġett jista’ jitqies bħala l-ikbar wieħed li l-kummissjoni Żgħażagħ qatt daħlet għalih sa mit-twaqqif tagħha fl’1954. Proġett li jfisser ħafna xogħol għall-membri tal-kummissjoni u għal ħafna voluntiera oħrajn li jagħtu l-appoġġ kontinwu tagħhom. S’issa tlestiet it-tieni fażi tal-proġett jiġifieri x-xogħol kollu tal-mastrudaxxa. Għaldaqstant issa għandna s-sitt trofej lesti mill-karpenterija u nbeda x-xogħol tal-iskultura li qiegħed isir għand Renzo Gauci. Ntagħzel wieħed mill-aħjar skulturi f’pajjiżna biex joħroġ is-sbuħija ta’ din l-arti fuq dawn it-trofej u għaldaqstant jikkumplimenta l-bqija tal-armar fil-pjazza.
Kull membru tal-kummissjoni jinsab entużjażmat b’dan il-proġett li ser jħalli fir-Rabat monument ieħor tal-imħabba li r-Rabtin għandhom lejn San Pawl. Il-proġett ġie mniedi nhar id-9 ta’ Frar 2007 għall-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Ir-reazzjoni tal-Pawlini preżenti ġewwa s-sala tal-każin kienet waħda mpressjonanti tant li dak il-ħin stess ġiet miġbura s-somma ta’ Euro 3376 (Lm 1444).
Filwaqt li t-tielet fażi tal-proġett, jiġifieri x-xogħol tal-iskultura, issa miexi ġmielu, nbdiet il-ħidma fuq l-aħħar parti ta’ dan il-proġett. Wasalna issa biex nagħzlu d-dettalji tal-aħħar irtokki fuq dawn it-trofej. Qegħdin niddiskutu l-istil li bih ser jinzebgħu it-trofej u kif ukoll it-tip ta’ bnadar li ser jżejnu dan il-proġett.
Attivitajiet
Harga Kulturali
It-tieni Harga Kulturali organizzata miz-Zghazagh Rabtin Pawlini ser tohodna gewwa l-Belt Valletta fejn permezz ta' spjegazzjonijiet min gwidi lokali ser nipruvaw nifmhu ahjar l-wirt li hallew fi gziritna l-Kavallieri tal-Ordni ta.. Aqra iktar»














